Roberta Metsola

Grazzi

grazziRoberta

L-ebda kliem ma huma biżżejjed biex ngħid grazzi tal-fiduċja u l-appoġġ. Grazzi lit-32,360 votant li emmnu fiha u tawni l-ewwel preferenza kif ukoll lil dawk kollha li għażlu li jagħtuni preferenza fil-vot tagħhom.

Nirringrazzja lil dawk kollha li vvutaw u urew fiduċja fil-Partit Nazzjonalista fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Jien se nibqa’ f’kuntatt magħkom biex insarraf il-fiduċja li tajtuni bl-aħjar mod u bl-enerġija kollha tiegħi.

Se naħdem biex inkun l-vuċi tagħkom fl-Ewropa. Biex il-poplu Malti u Għawdxi jgawdi mill-aħjar vantaġġi tal-Unjoni Ewropea.

Il-kandidati li ġejna eletti se naħdmu bħala team wieħed u magħqud sabiex nirrappreżentaw lill-poplu Malti u Għawdxi bl-aħjar mod possibli.


Roberta Metsola
Membru tal-Parlament Ewropew

 

Share Button
Published on May 31, 2014 at 4:23 pm