Il-ġimgħa li għaddiet il-Partit Nazzjonalista laqqa’ l-ewwel Konvenzjoni Ġenerali wara l-bidliet li saru fl-istatut. Bidla fl-istrutturi ma tkun tiswa xejn jekk ma jkunx hemm l-involviment tan-nies. Il-messaġġ l-aktar importanti li ried joħroġ minn din il-Konvenzjoni kien li aħna Partit li rridu nisimgħu l-ideat. Ideat ġodda. Li biddilna l-istatut biex il-Partit Nazzjonalista jkun miftuħ aktar għal ideat ġodda.
L-ideat m’humiex il-monopolju tal-ftit, jew ta’ dawk biss li huma involuti f’xi kumitat jew ieħor. Kulħadd jista’ jkollu idea li tkun ta’ ġid għal ħaddieħor. Li hemm bżonn hu li kull min għandu xi idea jaqsamha magħna. Tista’ tkun idea li tolqot lil ftit nies jew lil ħafna. Tista’ tkun idea li tolqot anki lil persuna waħda. Għalina, li impenjati fil-Partit Nazzjonalista, li nagħmlu differenza fil-ħajja anki ta’ persuna waħda hi importanti daqs kull politika li ġġib bidla akbar li tagħmel differenza għal ħafna nies.
Nixtieq li permezz ta’ din in-newsletter nagħmillek stedina biex jekk inti jkollok idea li tkun trid taqsamha miegħi ma tiddejjaq xejn tagħmel dan. Napprezza minn issa l-kontribut tiegħek għal ġid ta’ pajjiżna.
![]()
Roberta Metsola
Membru tal-Parlament Ewropew
![]()
Agħfas hawn biex tara d-diskors tiegħi fil-Parlament Ewropew
Rwol ġdid fil-Parlament Ewropew
Waqt li f’dan l-aħħar xhar l-aġenda tal-Parlament Ewropew kienet iddominata mis-smiegħ u l-approvazzjoni tal-Kummissjoni l-ġdida, ġejt mogħtija rwol ieħor fil-Parlament Ewropew. Ġejt magħzula bħala Shadow Rapporteur f’isem il-PPE fuq rapport li jindika liema Stati Membri għandhom ikunu responsabbli għat-tfal immigranti li m’humiex akkumpanjati mill-ġenituri tagħħhom meta jaslu fl-Unjoni Ewropea. Ser nagħmel minn kollox sabiex dawn ir-regoli l-ġodda jkunu ċari biżżejjed biex dawn it-tfal ma jispiċċawx vittmi ta’ xi logħba politika bejn l-Istati Membri u sabiex jiġi mħares l-aħjar interess ta’ dawn it-tfal.
Vuċi akbar fid-deċiżjonijiet ta’ kuljum

Wasal iż-żmien biex in-nies ikollhom vuċi akbar fid-deċiżjonjiet li jaffettwaw il-ħajja ta’ kuljum u l-Kumitat tal-Parlament Ewropew dwar il-Petizjonijiet huwa l-aħjar forum fejn dan jista’ jseħħ. Dan il-kumitat iressaq liċ-ċittadini ewropej aktar viċin tal-Istituzzjonijiet billi jaghtihom rwol dirett fid-deċiżjonijiet li jittieħdu fuq livell Ewropew. Din hija biss parti mill-intervista li tajt bħala Viċi-Kap tal-Kumitat dwar il-Petizjonijiet.
» Agħfas hawn biex taqra din l-intervista
Laqgħa mal-kostitwenti ġewwa Għawdex
Fix-xhar ta’ Ottubru ltqajt għal darb’oħra mal-kostitwenti tiegħi ġewwa Għawdex. F’din il-laqgħa ddiskutejna fuq kif jien bħala Membru tal-Parlament Ewropew nista’ nkun ta’ servizz għal poplu Għawdxi. Laqgħat regolari bħal dawn jgħinuni nsaħħaħ id-djalogu u jressquni aktar viċin l-Għawdxin.
Kuntatt kontinwu mal-istudenti

F’ dan ix-xhar kelli bosta okkażżjonijiet fejn żammejt kuntatt kontinwu mal-istudenti. Żort Freshers’ Week fl-Università ta’ Malta fejn ltqajt ma bosta studenti mimlijin entużjażmu. Kelli wkoll laqgħa ma’ grupp ta’ studenti tal-Kunsill Studenti Unversitarji (KSU) ġewwa Brussell fejn ippreżentajtilhom ktieb dwar l-istorja tal-Partit Popolari Ewropew u l-influwenza tad-Demorkazija Kristjana fl-Unjoni Ewropea f’dawn l-aħħar ħamsin sena.
Agħmel Kuntatt Miegħi
Jekk trid tagħmel kuntatt miegħi jew mal-Partit Nazzjonalista tista’ ċċempel fuq in-numru 99240514 jew tibgħat email fl-indirizz info@
If you want to read this information in English you may wish to send an email on info@robertametsola.eu or access the following: » www.facebook.com/roberta.metsola



