Fi tmiem din il-ġimgħa l-Partit Nazzjonalista se jkun qiegħed jorganizza maratona ta’ ġbir ta’ fondi. Din is-sena l-attivitajiet se jieħdu xejra differenti.
L-attivitajiet, imsejħa Misraħ il-Milied, jibdew minn nhar il-Ġimgħa u jibqgħu sejrin sa nhar it-Tnejn. L-attivitajiet huma intiżi wkoll biex niltaqgħu aktar man-nies. B’mod informali jkollna ċ-ċans li nitkellmu dwar dak li għaddej minnu int, dwar dak li għaddej minnu l-pajjiż u l-aspirazzjonijiet tiegħek.
L-uffiċċju tiegħi jinsab fid-Dar Ċentrali u se jkun miftuħ għal kull min irid jiltaqa’ magħna.
Il-maratona tilħaq il-qofol tagħha il-Ħadd 7 ta’ Diċembru meta se tixxandar live fuq NET TV u Radio 101 minn nofsinhar sa nofsillejl, filwaqt li fi ġranet oħra jkun hemm kollegamenti f’ħinijiet differenti tal-ġurnata. Il-Partit Nazzjonalista se jkun qiegħed jorganizza din il-maratona ta’ ġbir ukoll biex bid-donazzjonijiet ikun jista’ jwassal il-messaġġ tiegħu.
Nixtieq li niltaqa’ miegħek ukoll.
![]()
Roberta Metsola
Membru tal-Parlament Ewropew
Il-Papa Franġisku jindirizza l-Parlament Ewropew

Il-Papa Franġisku fid-diskors li għamel nhar it-Tlieta li għaddew fil-Parlament stieden lill-Unjoni Ewropea terġa’ tagħraf il-valuri veru tagħha – id-dinjita’ tal-persuna umana li għandha tiġi fuq kull konsiderazzjoni oħra.
Il-Papa stedinna nirriflettu b’mod partikolari fuq tliet oqsma speċifiċi: l-ekonomija; l-ambjent u l-immigrazzjoni, li iżda rabathom mal-ħtieġa li d-dinjita’ umana tibqa’ l-aktar valur importanti.
Il-Papa ma ddejjaq xejn ikun kritiku tal-Unjoni Ewropea u qal li hemm bżonn li din l-istituzzjoni tkun aktar vibranti u ma tkunx imtaqqla miż-żmien – Ewropa li tħaddan il-passat iżda li tħares lejn il-futur. Ewropa b’enerġija.
Din kienet hi okazzjoni storika għall-Parlament Ewropew u għal kull min segwa d-diskors ta’ Papa Franġisku. L-aħħar darba li Papa, il-Papa Ġwanni Pawlu II, indirizza lill-Parlament Ewropew kien f’Ottubru 1988 – sena qabel il-waqa’ tal-ħajt ta’ Berlin u għalhekk qabel ma’ krolla l-Komuniżmu fl-Ewropa.
Messaġġ b’saħħtu li jenfasizza fuq il-valuri veru tal-politika
Lawrence Gonzi ddeskriva l-messaġġ tal-Papa Franġisku bħala wieħed “b’saħħtu, pożittiv u prezzjuż għall-Unjoni Ewropea, għall-pajjizi membri tal-Unjoni kif ukoll għal kull persuna, partikolarment għal min jgħażel li jidħol fil-ħajja politika”.
Il-Membru Parlamentari Ewropew Roberta Metsola qalet li l-Papa wassal “messaġġ ta’ tama u fid-diskors tiegħu ta direzzjoni li għandna nittrażmettu fil-ħidma politika tagħna.” Roberta Metsola żiedet li l-oqsma li għafas fuqhom il-Papa fid-diskors tiegħu, jolqtu lill-Unjoni Ewropea kollha, iżda bħall-immigrazzjoni tolqot aktar lil Malta fejn appella biex il-Mediterran ma jibqax jinbidel f’ċimiterju ta’ nies li jitilfu ħajjithom waqt li qed jippruvaw ifittxu futur aħjar. Id-diskors irid jinbidel f’azzjoni.”
Lawrence Gonzi fost il-mistiedna speċjali biex isegwu d-diskors tal-Papa Franġisku

Bi pjaċir il-ġimgħa li għaddiet stedint lill-ex Prim Ministru Lawrence Gonzi u lis-Sinjura Kate Gonzi biex flimkien ma’ dinjitarji oħra Ewropej isegwu d-diskors li l-Papa Franġisku għamel lill-Membri Parlamentari Ewropej fi Strasbourg.
Waqt iż-żjara ta’ Dr Lawrence Gonzi, kelli l-okazzjoni nara mill-qrib, ir-rispett li Dr Gonzi jgawdi minn kollegi tiegħu li kienu fil-Kunsill Ewropew u fil-Partit Popolari Ewropew. Huma bdew jersqu fuqu u jkellmuh b’entużjażmu.
Agħmel Kuntatt Miegħi
Jekk trid tagħmel kuntatt miegħi jew mal-Partit Nazzjonalista tista’ ċċempel fuq in-numru 99240514 jew tibgħat email fl-indirizz info@
If you want to read this information in English you may wish to send an email on info@robertametsola.eu or access the following:
» www.robertametsola.eu
» www.facebook.com/roberta.metsola



