Roberta Metsola

Opportunitajiet aħjar għal kulħadd

Il-Partit Nazzjonalista jemmen fil-ħila ta’ kull Malti u Għawdxi. Huwa għalhekk li l-Partit Nazzjonalista dejjem ħadem biex jiżdiedu l-opportunitajiet għal kulħadd.

Il-persuni b’diżabilità huma parti importanti mis-soċjetà tagħna. Jeħtieġ li nagħmlu aktar biex jitjiebu l-opportunitajiet kif ukoll l-aċċessibilità għall-persuni b’diżabilità f’pajjiżna.

Huwa għalhekk li matul il-jiem li għaddew il-Partit Nazzjonalista ressaq Private Member’s Bill fil-Parlament bi proposta għal emenda fil-Kostituzzjoni biex jiġi pprojbit għal kollox id-diskriminazzjoni minħabba diżabilità.

Din hi wkoll id-differenza bejn iż-żewġ partiti: il-Partit Nazzjonalista jaħdem biex jinħolqu aktar opportunitajiet aħjar għal kulħadd u biex kull Malti u Għawdxi jkollu l-aqwa għodda biex jilħaq l-aspirazzjonijiet tiegħu.

MInn naħa l-oħra l-Partit Laburista jagħmel minn kollox biex kull Malti u Għawdxi jkun jiddependi biss fuq dak li jiddeċiedi l-Gvern immexxi minnu.

L-għażla f’idejk.


Roberta Metsola
Membru tal-Parlament Ewropew

 

Attività ewlenija tal-kampanja elettorali
Nistieden lilek u lill-familja tiegħek għal attività li ser issir fil-Ġnien tal-Barrakka ta’ Fuq, il-Belt Valletta, nhar il-Ħamis 15 ta’ Mejju mit-8.00pm ‘il quddiem. Jattendi l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil. Tistgħu tiġbru l-inviti mid-Dar Ċentrali jew iċċemplu fuq 99240514.

 

Attivitajiet mill-kampanja elettorali

roberta_newsletter1

roberta_newsletter2
Din il-ġimgħa f’pajjiżna kellna żjara mill-Kandidat tal-Partit Popolari Ewropew għall-kariga ta’ President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker li għamel intervent importanti waqt attività f’Ħ’Attard. Jean-Claude Juncker tkellem dwar il-problema taż-żieda fil-qgħad f’pajjiżna u stqarr li t-tkabbir tal-ekonomija u l-ħolqien tax-xogħol ser ikunu l-prijoritajiet tal-pajjiżi Ewropej matul is-snin li ġejjin.

Ftit tal-jiem ilu kelli l-opportunità li flimkien mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil nżur il-Models Exhibition li kienet qed tiġi mtella’ fin-Naxxar. Kelli ċ-ċans niltaqa’ ma’ nies li għandhom talent kbir. Huma inizjattivi bħal dawn li juruni l-firxa ta’ talenti li l-poplu Malti u Għawdxi għandu f’bosta setturi.

 

Sena wara li ġejt eletta

Matul din l-aħħar sena ltqajt ma bosta entitajiet u żort id-djar ta’ bosta familji u dan għamiltu sabiex nipprova nressaq lill-Unjoni Ewropea eqreb taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin..

Fl-artiklu li ġie ppubblikat fil-ġurnal MaltaToday, tkellimt dwar bosta deċiżjonijiet li ttieħdu mill-Parlament Ewropew matul din l-aħħar sena kif ukoll tkellimt dwar suġġetti bħall-protezzjoni tad-drittijiet taċ-ċittadini, l-immigrazzjoni, ir-roaming u il-protezzjoni tad-data

» Agħfas hawn biex taqra dan l-artiklu 

 

Trasport fil-ġurnata tal-elezzjoni
Jekk għandek bżonn trasport jew jekk taf lil xi ħadd li jista’ jkollu bżonn ta’ trasport jew għajnuna biex imur jivvota fl-elezzjoni li ser issir nhar is-Sibt 24 ta’ Mejjutista’ ċċempel fuq in-numru 99240514 jew 27656613.

 

Kuntatt kontinwu
Jekk trid tagħmel kuntatt tista’ ċċempel fuq in-numru 99240514 jew tibgħat email fl-indirizz info@robertametsola.eu

If you want to read this information in English you may wish to access the following:
» www.robertametsola.eu
» www.facebook.com/roberta.metsola

 

Share Button
Published on May 8, 2014 at 6:40 pm