Roberta Metsola

Proċeduri kontra Malta għaliex il-Gvern ma aġixxiex fil-ħin

Risposta għall-istqarrija tal-Ministeru tal-Ġustizzja

 

L-Unjoni Ewropea fetħet proċeduri kontra Malta, għaliex il-Gvern Malti ma implimentax id-Direttiva tal-Unjoni Ewropea kontra l-abbuż u l-isfruttament sesswali tat-tfal fiż-żmien stipulat, kif kellu obbligu li jagħmel.

 

Il-Gvern daħħal id-direttiva fis-seħħ wara li l-Unjoni Ewropea bdiet l-azzjoni kontra Malta.  Il-Gvern kien reattiv u zbalja meta l-ewwel qagħad jistenna l-Unjoni Ewropea tieħu azzjoni kontra Malta.  Il-Gvern messu daħħal id-direttiva fil-pront.  Fejn jidħlu l-interessi tat-tfal il-Gvern qagħad pass lura, għalxejn b’xejn.  Messu ħa inizjattiva u aġixxa mill-ewwel.

 

Il-Membru Parlamentari Ewropew Roberta Metsola kritikat lil dawk l-iStati Membri li ma jipproteġux lit-tfal u uriet id-dispjaċir li pajjiżna ma daħħalx id-direttiva fil-ħin.  In-nuqqas tal-Gvern Laburista espona lil Malta għall-proċeduri u dawn il-proċeduri għadhom miftuħa kif juru d-dokumenti annessi ma’ din l-istqarrija.

 

Flok il-Gvern jammetti li żbalja għaliex ma qisx il-protezzjoni tat-tfal bħala prijorita’, ħareġ bi stqarrija isterika, li turi li ġie daru mal-ħajt għaliex l-Unjoni Ewropea ħadet azzjoni kontra tiegħu.

 

Roberta Metsola hi impenjata li tibqa’ tiddefendi l-interessi tat-tfal b’kull mezz u kien għalhekk li kienet waħda mill-promoturi tar-riżoluzjoni dwar id-drittijiet tat-tfal, liema rizoluzzjoni ġiet diskussa u addotta illum bl-appoġġ tal-grupp politiċi kollha fil-Parlament Ewropew.

 

screenshot1

 

screenshot2

 

screenshot3

 

Share Button
Published on November 27, 2014 at 3:22 pm