Waħda mill-prijoritajiet tal-Partit Nazzjonalista hija s-saħħa. Il-Partit Nazzjonalista dejjem emmen u wettaq politika li tirrispetta d-dinjità tal-pazjenti.
Huwa għalhekk li matul dawn il-jiem l-Partit Nazzjonalista ressaq mozzjoni fil-Parlament biex f’każ li jkun hemm waiting list il-pazjent ikollu d-dritt jagħżel jekk iridx jagħmel operazzjoni fil-privat f’Malta jew barra minn Malta, u jħallas il-Gvern.
Din hi wkoll id-differenza bejn iż-żewġ partiti: il-Partit Nazzjonalista jaħdem biex ikun hemm saħħa aħjar u b’xejn għal kulħadd u biex kull pazjent Malti u Għawdxi jkollu għażla jekk jieħux il-kura fil-privat f’Malta minflok joqgħod isiefer.
MInn naħa l-oħra l-Partit Laburista jaqdi biss lil tal-qalba kif jidher ċar mid-diskriminazzjoni li teżisti fit-tqassim tal-mediċini.
L-għażla f’idejk.
![]()
Roberta Metsola
Membru tal-Parlament Ewropew
Attività ewlenija tal-kampanja elettorali
Nistieden lilek u lill-familja tiegħek għal attività li ser issir fil-Ġnien tal-Barrakka ta’ Fuq, il-Belt Valletta, nhar il-Ħamis 15 ta’ Mejju mit-8.00pm ‘il quddiem. Jattendi l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil. Tistgħu tiġbru l-inviti mid-Dar Ċentrali jew iċċemplu fuq 99240514.
Irridu naħdmu aktar għall-persuni b’diżabilità
“Il-persuni b’diżabilità ma jridux il-karità u s-simpatija. Huma jridu x-xogħol. Huma jridu li jsir aktar xogħol sabiex jkunu jistgħu jkollhom l-istess opportunitajiet biex jimxu ‘l quddiem bħal kulħadd. Minkejja l-ħafna wegħdiet li saru qabel l-elezzjoni, il-persuni b’diżabilità huma inkwetati li ma sar xejn f’sena ta’ Gvern Laburista…”
» Agħfas hawn biex taqra dan l-artiklu
Joseph Muscat qed jipprova jerġa jikteb l-istorja…l-istorja tiegħu
“Malta taħt il-Gvern Laburista mxiet minn l-’Infirmiera tal-Mediterran’ taħt Lawrence Gonzi waqt il-kriżi fil-Libja għall-Istat Fewdali ta’ Joseph Muscat. Qed jipprovaw imexxu l-arloġġ lura sabiex ibiddlu l-Ewroxettiku eks-Mexxej tal-Partit Laburista fil-kandidat ewlieni għall-Parlament Ewropew….Il-verżjonijiet differenti ta’ Joseph Muscat u Alfred Sant li għandna llum ma jgħidulniex li huma għamlu snin twal isostnu li s-sħubija fl-Unjoni Ewropea ser tkun ‘is-salib tal-millennju’ għal Malta….”
» Agħfas hawn biex taqra dan l-artiklu
Trasport fil-ġurnata tal-elezzjoni
Jekk għandek bżonn trasport jew jekk taf lil xi ħadd li jista’ jkollu bżonn ta’ trasport jew għajnuna biex imur jivvota fl-elezzjoni li ser issir nhar is-Sibt 24 ta’ Mejjutista’ ċċempel fuq in-numru 99240514 jew 27656613.
Kuntatt kontinwu
Jekk trid tagħmel kuntatt tista’ ċċempel fuq in-numru 99240514 jew tibgħat email fl-indirizz info@
If you want to read this information in English you may wish to access the following:
» www.robertametsola.eu
» www.facebook.com/roberta.




