Din il-ġimgħa ġejt mistiedna biex nindirizza konferenza dwar il-Libja. Kienu mistiedna biex jitkellmu wkoll l-analista Mary Fitzgerald, l-Ambaxxaturi tal-Istati Uniti għal Malta u għal Libja, s-Segretarju Parlamentari Ian Borg u l-ex Prim Ministru Lawrence Gonzi.
Fid-diskors tiegħi tkellimt dwar kif nara li għandu jkun ir-rwol ta’ Malta quddiem is-sitwazzjoni diffiċli li għaddejja ftit mili ‘l bogħod minn pajjiżna. Qabel xejn iridu jkunu l-Libjani stess li jiddeċiedu l-futur tagħhom, madanakollu Malta tista’ tagħti sehmha biex il-folja fil-Libja tinqaleb u jibda’ jinkiteb il-kapitlu ġdid li l-Libjani ttamaw u ħadmu għalih meta neħħew lil Gaddafi mit-tmexxija tal-pajjiż.
Malta tista’ sservi ta’ punt ta’ djalogu bejn kurrenti opposti u tinkoraġixxi lil fazjonijiet differenti biex jersqu lejn xulxin. Malta dejjem kienet spalla għall-poplu Libjan. Dan urejnih erba’ snin ilu meta tajna għajnuna, kenn, appoġġ u kura lil min kien jeħtieġa. Assistejna fl-evakwazzjoni u tajna lura l-ħajja lil min kien f’ħalq il-mewt. Ir-rwol li kellha Malta ġie rikonoxxut u l-ex Prim Ministru Lawrence Gonzi ġie mfaħħar għad-deċiżjonijiet it-tajbin u f’waqthom li ħa. Kien punt ta’ referenza għall-mexxejja Ewropej.
Anki f’dan il-mument, pajjiżna jista’ jkun pro-attiv u jerġa’ jkollu rwol importanti billi juża l-mezzi diplomatiċi kollha possibli. In-newtralita’ kif inhi fil-Kostituzzjoni ma jfissirx li aħna għandna nkunu spettaturi. Dan ikun żball. F’isem l-Oppożizzjoni Nazzjonalista appellajt ukoll lill-Gvern biex jissieħeb fil-koalizzjoni kontra l-ISIS, biex nuru l-pożizzjoni ċara ta’ Malta kontra t-terroriżmu.
Għall-konferenza, attendew għadd kbir ta’ Libjani li jgħixu Malta. Kelli l-okazzjoni li nitkellem ma’ ħafna minnhom rasimbras fi tmiem l-attivita’. Imbikkma li tilfu qraba tagħhom u li jinsabu mbegħda minn oħrajn ħajjin. Jinsabu dispjaċuti u qalbhom maqsuma għas-sitwazzjoni preżenti fil-Libja u jittamaw li kull min jista’ jagħti sehemu biex il-pajjiż mimli riżorsi jimxi ‘l quddiem, fost pajjiżi li għandhom gvern elett demokratikament.
Malta m’għandix tagħti darha għas-sejħa li għandha quddiemha.
![]()
Roberta Metsola
Membru tal-Parlament Ewropew

Malta lesta biex taffronta kull sfida li tiġi quddiemha

“Ftit wara li tneħħa Gaddafi mill-poter, Malta uriet lid-dinja dak li tista’ tagħmel, u rridu nkunu preparati li nagħmlu l-istess ħaġa. Il-kapaċita tagħna li naffrontaw kull sfida li nsibu quddiemna hija dik li tiddefinixxina bħala Maltin u din narawha matul l-istorja kollha tagħna. Din il-karatteristika tista’ terġa tiddefinixxina bħala nazzjoni wieħed. Dan huwa żmien li għandna bżonn tmexxija kuraġġuża. Mħuwiex żmien fejn nistgħu nfallu ….”
» Agħfas hawn biex taqra l-artiklu tiegħi u ta’ Tonio Fenech li deher fit-Times of Malta
Nistgħu nitolbu li jiġi attivivat il-mekkaniżmu dwar l-influss bil-massa ta’ persuni
Malta tista’ titlob li jiġi attivat il-mekkaniżmu dwar l-influss bil-massa ta’ persuni li jinsab fid-Direttiva Ewropea dwar il-Protezzjoni Temporanja. L-aġenzija tan-Nazzjonijiet Magħquda għar-Refuġjati (UNHCR) wissiet lill-pajjiżi tal-Mediterran li hekk kif is-sitwazzjoni fil-Libja tkompli tmur għall-agħar u l-IS tkompli terbaħ aktar territorju, dawn il-pajjiżi għandhom jistennew influss qawwi ta’ nies. Għaldaqstant, Malta għandha tieħu rwol aktar pro-attiv u tipprepara ruħha sew għal sitwazzjoni fejn eluf ta’ nies jistgħu jiġu sfurzati li jaħarbu mil-Libja. Għal din ir-raġuni Malta għandha minn issa tibda tħares lejn il-mekkaniżmi li għandha l-Unjoni Ewropea għal sitważżjonijiet bħal dawn.
» Agħfas hawn biex taqra l-artiklu li deher fuq dan is-suġġett fil-Malta Independent
Laqgħa mal-kostitwenza
Fix-xhar ta’ Frar komplejt bil-laqgħat tiegħi mal-kostitwenti Maltin u Għawdxin fejn rrispondejt għall-mistoqsijiet li saruli fuq diversi suġġetti. Grazzi tal-attendenza u tal-appoġġ tagħkom.
Ser inkompli dawn il-laqgħat fil-ġimgħat li ġejjien biex inżomm il-kuntatt tiegħi magħkom.
Agħmel Kuntatt Miegħi
Jekk trid tagħmel kuntatt miegħi jew mal-Partit Nazzjonalista tista’ ċċempel fuq in-numru 99240514 jew tibgħat email fl-indirizz info@robertametsola.eu
If you want to read this information in English you may wish to send an email oninfo@robertametsola.eu or access the following:
» www.robertametsola.eu
» www.facebook.com/roberta.metsola



